Rumanzi bil-Malti miktuba minn Emilio Lombardi (1881-1956)
li regghu gew addattati ghal zminijietna
minn Salvinu Lombardi Tel 488344
u ppubblikati mill-PEG Ltd Tel 440083.
Dawn il-kotba jistghu jinxtraw minghand l-Librara Ewlenin
jew minghand il-PEG Ltd, Industrial Estate, San Gwann.
-
Gabriella, Bint ir-Re tal-Hallelin'
Gabriella, tifla ckejkna, titlef lil ommha, mhux ghax ommha tmut, imma ghaliex tigi misruqa u tispicca f'idejn Ubaldo, ir-re tal-hallelin, li jiehu grazzja maghha u jrabbiha bhala bintu, billi jhalliha f'idejn ohtu, Tereza, li tingibed wisq lejha. It-trobbija li kellha Gabriella kienet trobbija tajba, ghax Ubaldo jinsisti ma' ohtu li trabbi lit-tifla ta' Kattolika, ghax sar jaf li ommha hekk kienet.
Sakemm Ubaldo ma jaqax taht idejn il-Pulizija, il-hajja ta' Gabriella kienet ward u zahar, izda meta l-kumpanija tal-briganti giet sfaxxata, beda gej l-ghawg. L-imsejkna tfajla sofriet wisq, l-aktar mir-rivali taghha Magdalen, xebba zdingata li taghmel minn kollox biex tipprova titfa' l-htija tad-delitt taghha fuq Gabriella, minhabba guvni li z-zewg xebbiet kienu jhobbu.
Fl-ahhar l-innocenza ta' Gabriella tigi ttrijonfata u Magdalen, flimkien mal-komplici taghha, jiehdu dak li haqqhom, filwaqt li Gabriella tkun tista' tizzewweg lill-mahbub taghha, Wilfred.
-
Rozi, il-Gharusa ta' Toni Bajjada:
Toni Bajjada, persunagg patrijottiku li jissemma fl-istorja ta' Malta, huwa maghruf ferm ghall-kuragg li huwa wera mhux biss fi zmien l-Assedju l-Kbir, izda wkoll qabel, meta t-Torok kienu ga bdew jattakkaw il-gzejjer taghna u jissakkeggaw l-irhula, l-aktar dawk li kienu jinsabu lejn in-nofsinhar ta' Malta. Huwa kellu mibgheda kbira ghat-Torok, li kienu l-ghedewwa tas-Salib u ried b'kull mod jeqridhom. Aqraw dan il-ktieb u taraw x'ghamel Toni biex jehles lil pajjizu mill-hakma tan-Nofs Qamar u x'sofriet l-gharusa tieghu taht idejn Zuta, Tork li ried jivvendika ruhu minn Toni u l-familja tieghu.
-
Lucilla, it-Tfajla ta' Pompei: Lucilla kienet tfajla mrobbija fl-istitut tat-tfal iltiema li jinsab f'Pompei, rahal ckejken vicin Napli. Hija kellha fidi kbira f'Alla u devozzjoni fil-Madonna tar-Ruzarju meqjuma fis-Santwarju Maestuz ta' dar-rahal.
Lucilla kienet tithabat hafna biex issebbah il-festa li kienet issir f'Ottubru, imma l-imhabba lejn l-ohrajn geghlitha titlaq dax-xoghol biex issalva l-erwieh ta' Flavio li kien ateu u ta' ibnu Mario, tifel ckejken li kien fil-periklu li jitla' bla twemmin bhal missieru.
X'kellha ssofri Lucilla wara li dahlet ghal din il-bicca xoghol? Fejn wasslitha l-imhabba taghha ghal Mario biex issalvah min-nar tal-Vessuvju? Minn xiex ghadda Flavio li mohhu kien fid-divertiment u x-xalar ta' din id-dinja?
Tkunu tafu dan kollu jekk taqraw l-istorja ta' Lucilla, it-tfajla ta' Pompei, li minnha taraw il-qawwa tat-talb u kemm huma mohbija l-gudizzji t'Alla.
-
'Rebekka Callus': Dan ir-rakkont jurina li min ma jrazzanx l-ghira u l-korla li jkollu fuqu jispiccaha haúin. Jurina wkoll li min jaghmel il-gid lill-ohrajn isibu aktar 'il quddiem.
Sidor Xiberras beda jghir ghal Nazju Callus ghax hadlu x-xebba li xtaq hu u biex jivvendika ruhu minnu u minn martu Rebekka, ghamel minn kollox biex jeqridhom minn din id-dinja. Safejn wasal Sidor biex jara lil Nazju u lil Rebekka mifrudin minn xulxin? X'sofriet Rebekka minhabba t-tradiment li vvinta Sidor kontra Nazju?
Kemm swietlu lil Nazju l-karità li ghamel ma' lsir li kellu mieghu!
Aqraw dan ir-rakkont sabih u onest u taraw il-qawwa li wriet Rebekka fil-glieda kontra l-ghadu taghha u t-tama li kellu Nazju f'Alla li jlaqqghu mill-gdid ma' martu u kemm swielu lil Nazju il-gid li kien ghamel ma' l-ilsir tieghu, Alì Abdikader.
-
Inez: Abdul, ghalkemm kien wiehed mill-ilsiera Torok l-aktar mahbubin mill-Baruni Pawlinu, baqa' dejjem ried jivvendika ruhu minn sidu u mill-familja tieghu talli zammu lsir, 'il boghod minn pajjizu. Meta mbaghad it-Torok, immexxijin mill-Baxà Sinan, li kien jigi z-ziju ta' Abdul, jersqu lejn Ghawdex biex jattakkawh, Abdul isib ix-xoqqa f'moxtha biex jilhaq il-hsieb ta' rasu.
B'hekk jippjana tradiment li bih jitfa' lill-Baruni Pawlinu u l-familja tieghu fil-jasar. X'kienet ir-raguni li Abdul, l-aktar li ried jahqar kien lil Inez, bint il-Baruni Pawlinu? Tkunu tafu jekk taqraw dan ir-rakkont mimli intricci u ansjetà, li fih taraw kif Inez jirnexxilha takkwista l-libertà taghha nfisha mill-hakma tat-traditur ta' pajjizha.
-
Guditta: L-istorja ta' Guditta, Bint il-Barklor tal-Port il-Kbir, tehodna fis-seklu sbatax, meta kienu ghadhom jezistu l-ilsiera, u turina l-kuragg li wriet Guditta biex tehles mill-habs lil missierha. Mattew, il-Barklor tal-Port il-Kbir, wehel ghoxrin sena habs bla htija minhabba Doru, nutar korrott li r-reghba ta' l-ghageb li kellu ghall-flus wasslitu biex joqtol u jaghmel hsara lil hafna nies.
-
'Beatrice' hija storja bbazata fl-Italja u titratta fuq tfajla li sofriet hafna taht idejn guvni bla kuxjenza, li biex jivvendika ruhu minn omm Beatrice, seraqha u zammha lsira tieghu ghal dsatax-il sena shah. Dan kollu ghax deherlu li omm Beatrice, Eleonora, kienet cahditlu l-imhabba taghha. Ghalkemm hija storja ta' swied il-qalb, fiha mumenti ta' mistrieh u tmiem pjacevoli.
Gorg, it-Tmunier tax-Xwieni ta' l-Ordni: Din l-istorja ghandha sfond Malti u tehodna fi zmien it-tmexxija ta' l-Ordni.
Gorg isir ihobb lil Marta u twieghdu li thobb lilu biss. Dan qanqal l-ghira ta' Enriku Fairat, Kavallier korrott li tefa' ghajnejh fuq din it-tfajla sabiha.
Talli hija cahditlu mhabbitha, Fairat iqajjem persekuzzjoni shiha kontra Marta li tisfa mmalafamata, u, kontra Gorg, li jispicca jaqdef fuq ix-xwieni ma' l-ilsiera u l-ikkundannati
Luqa Briffa kien zaghzugh Malti ta' qalb tajba u kbira li kien jahdem fuq ix-xini San Gabriel ta' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann. Hu kien ihobb lil Malta daqs il-mimmi ta' ghajnejh. Mhux hekk imma Turiddu Schiavone, Sqalli, li kien arguzin fuq l-istess xini ma' Luqa u li ghalih il-flus u s-setgha kienu jigu l-ewwel u qabel kollox.
Turiddu, mahkum minn ghira kbira ghal Luqa, li kien ihobb lil Katarin, xebba Maltija mill-isbah, halef li jisraqhielu u li lilu jeqirdu minn wicc l-art. Biex jasal ghall- hsieb ta' rasu, Turiddu jaghmel pjan li jaghti f'idejn it-Torok zewg xwieni ta' l-Ordni biex jitfa' lil Luqa fil-jasar. Kemm sofriet Katarin sakemm Luqa kien imbieghed minn pajjizu! Din il-grajja, bl-irqaqat kollha li jsawruha f'rumanz drammatiku, ta' mhabba u patrijottizmu, ta' qerq u tradimenti, tinfeda bis-sahha tal-qalb kbira ta' Luqa Briffa u l-mahbuba tieghu Katarin.
Il-Forza tad-Destin: F'dan ir-rumanz insibu l-istorja ta' tifel li f'hajtu kien ferm sfortunat ghax sa minn meta kien zghir sab ruhu f'istitut tat-tfal abbandunati wara li l-ghedewwa ta' missieru tefghu fuqu l-htija ta' delitt li huwa qatt ma kien ghamel. Ibnu gharaf lil missieru bhala innocenti u dejjem kellu f'rasu li jsib min kien il-veru assassin tal-bankier Mauro Mercantone. Dak li ghadda minnu Ernesto Monet, iben Pietru, jurina l-qawwa ta' dan iz-zaghzugh li jibqa' jiggieled kontra l-Forza tad-Destin sakemm isib il-verità.
Is-Sigriet tal-Qrar': Huwa rakkont ta' zmien ir-Rivoluzzjoni Franciza, meta fi Franza kien hemm persekuzzjoni shiha kontra l-qassisin u s-sorijiet. F'dan ir-rakkont naraw x'ghamlu 'Il-Mizerabbli', li kienu kumpanija ta' briganti, li ghax kellhom is-setgha f'idejhom kienu jivvendikaw irwiehhom minn kulmin ma jaqbilx ma' l-ideat taghhom. Naraw kemm batiet Luisa Michelet minhabba l-qalb kiefra taghhom u x'sofra Dun Frangisk Moulin minhabba l-komplott li ghamlu kontra tieghu u li minhabba fih gie kkundannat ghall-mewt bil-giljottina! L-istorja ta' dan ir-rumanz titkompla f''L-Iltiema', fejn 'Il-Mizerabbli' jiehdu dak li haqqhom.
L-Iltiema jew il-Vittma tal-'Mizerabbli' ghalkemm huwa rakkont fih innifsu, fih insibu msemmijin hafna mill-persunaggi tar-rakkont 'Is-Sigriet tal-Qrar' ghaliex ikompli mieghu. Juri kemm sofrew iz-zewg xebbiet Tereza u Karolina taht idejn il-Lhudi, Abram Lameth, kif gew imharrba minn taht idejh u x'kien sar minnhom ulied Luisa Michelet, Frangisku u Edmondo. Fl-ahharnett jirrakkonta kif kellu jispicca Abram u shabu wara hajja li fiha haqru kemm felhu nies li ma kinux jaqblu maghhom bhalma kien Dun Frangisk Moulin. Storja eccitanti u li zzommok anzjuz sakemm taqraha kollha.
Il-Misteri ta' Rdum il-Madliena
Il-persunagg l-aktar importanti f’dan ir-rakkont huwa Karlu li ta’ hames snin jahrab minn taht idejn hutu ghaliex riedu joqtluh, biex jirtu s-sehem tieghu wkoll wara delitt tal-biza’ li jkunu ghamlu. Karlu jghaddi minn perjodu ta’ felicita’ fejn huwa jinsa d-dmir li kellu lejn ommu, izda mbaghad ikollu jinfired mill-familja tieghu u jghaddi minn hajja ta’ tbatija kbira min]abba li jigi akkuzat b’delitt li huwa qatt ma jkun ghamel. Meta jinheles, Karlu jfittex li jtemm id-dmir li kienet qed titlob minnu ommu. Meta jkun ghamel dan, jirnexxilu jikxef il-Misteri ta’ Rdum il-Madliena u jerga’ jakkwista l-felicita’.
X’kien id-delitt li ghamlu hut Karlu, u minn xiex ghadda Karlu qabel temm il-missjoni li fdatlu ommu? Aqraw dan ir-rakkont u taraw l-intricci li fiha din il-grajja mqanqla.
Rio Rita, il-Martri ghall-Imhabba
Rio Rita huwa rakkont sabih u kurjuz, storja Messikana, ghalkemm il-bidu tieghu jehodna fi Franza. François Tussò, fizzjal Franciz, jigi kkundannat ghall-ezilju fil-habs tal-Gwatemala minhabba delitt li wettaq. Pierre Babon, suldat fl-istess regiment, ukoll jigi kkundannat u moghti l-istess sentenza ghal delitt li huwa ma jkunx ghamel. It-tnejn isibu l-helsien mill-habs u jispiccaw fil-Messiku. Imma filwaqt li Pierre juri lealtà kbira lejn min laqghu, François juri ingratitudni kbira lejn il-benefattur tieghu. Rio Rita titfacca fit-tieni nofs tar-rakkont u din, wara li ssofri hafna minhabba Rodrigo, ikollha taghtih il-kelma li tizzewgu biex issalva lil huha mill-habs.
Jirnexxilu l-kiefer François li jgieghel lil Rio Rita li tkun martu?
Dan ir-rakkont, bl-intricci kollha tieghu, jurina fuq kollox li kif jghid il-proverbju, ghal kull hatba hemm il-mannara.
Cirillu jew il-Vendetta tas-Sahhar:
L-istorja ta’ Cirillu tehodna fi zmien antik ferm, fiz-zminijiet ta’ l-Ordni ta’ San Gwann ghalkemm ma jissemma l-ebda kavallier. Cirillu ma kienx hu s-sahhar f’dan ir-rakkont izda kien nutar li jhalli lil Kalang imlaqqam il-Kattiv, li jinqeda bih biex jaghmel vendetta minn fuq familja Maltija. Leo, iben il-baruni GannBattista Ingwanez, jigi ngannat minn tradiment li jaghmel Cirillu. Salvinu, hu l-istess baruni jigi ttradut minn Kalang u jigi akkuzat b’delitt li ma jkunx ghamel. Erminja, mart Salvinu u Ester, mart Leo t-tnejn isofru wisq minhabba t-tradimenti ta’ Kalang u Cirillu. Min kien is-sahhar li jissemma f’dan ir-rakkont?
L-Ilsira Hamilda:
Hamilda, xebba Maltija li taqa' lsira flimkien ma' huha, meta kien ghad kellhom biss xi sentejn, titlef lil huha li jigi mibjugh lil sid iehor. Minn dakinhar hija tghaddi minn hafna tbatijiet sakemm tigi mifdija mill-Baruni Ferdinando Xara, li jzommha fil-palazz tieghu bhala qaddejja. Hawn Hamilda ssorfri l-kundanna ta' delitt li qatt ma tkun ghamlet, htija ta' tradiment ta' Wistin, il-persekutur tal-Baruni Alfredo Xiberras, ghax ikun habb lil-gharusa li qabel kienet ta' Wistin.
Minn xiex tghaddi l-familja tal-Baruni Filippu Xara, missier Imperia, mart Alfredo?
Aqraw dan ir-rakkont li jehodna lura fl-storja fi zmien il-Gran Mastru Ximenes, meta sar dak li baqa' jissejjah l-Irvell tal-Qassisin.
'L-Ghamja':
Il-Vendetta ta' Govann Sciarlò kontra l-Baruni Ernesto Xara, talli dan kien strumentali fit-tghalliq ta' missieru, Wistin, l-assassin ta' l-Imdina, kienet ghadha mhix mitmuma. Meta ra li l-Baruni mar joqghod Napli biex jitbieghdu mill-ghedewwa taghhom ra kif ghamel u mar warajhom biex ikun jista' jserrah il-mibeghda li kellu f'qalbu. Hawn sab l-ghajnuna tan-Nutar Mario Belfiore, Naplitan, li kien bniedem rghib u ried jakkwista kaxxa mimlija gojjelli minghand il-Baruni Xara. X'kellhom il-hila jaghlu dan in-Nutar u l-komplici tieghu Govann tarawh jekk taqraw dan ir-rumanz imqanqal kollu intricci u misteri. Min kienet l-Ghamja u safejn waslet il-mibeghda li kellu Govann Sciarlò lejn il-Baruni u martu Marija?
Oreste Rockman:
Oreste Rockman, tabib famuz ta’ l-ghajnejn, wara li fejjaq lil Lucija, tfajla ghamja, izzewwigha u minnha kellu tifla li semmewha Lina. Huma kienu qed jghixu hajja felici flimkien, izda l-kiefer Fernando ma hamilx u ried li jkompli jivvendika ruhu minn Oreste billi qatillu lil martu u tefa’ l-htija ta’ dan id-delitt fuqu. Kif irnexxielu jaghmel dan? Ghaliex bint Oreste, tifla ta’ sitt snin, akkuzat lil missierha bil-qtil t’ommha?
X’sofra Oreste kawza ta’ dan id-delitt u kemm gera biex isib l-assassin ta’ martu?
Dawn il-mistoqsijiet kollha jsibu t-twegiba taghhom f’dan ir-rumanz sabih, imqanqal u mimli intricci li hadd ma jistennihom.
‘Oreste Rockman’ jew l-Akkuzatrici ta’ missierha, huwa segwitu tar-Rumanz ‘L-Ghamja’, li huwa wkoll segwitu ta’ rumanz iehor ‘L-Ilsira Hamilda.’
|